Presentation is loading. Please wait.

Presentation is loading. Please wait.

Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna

Similar presentations


Presentation on theme: "Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna"— Presentation transcript:

1 Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna
David Agius Muscat EO (Malti) Antoinette Debattista EO (Primary Curriculum English)

2 L-osservazzjoni Id-dijanjosi Il-metodi

3 Kif se nersaq lejn it-tfal tiegħi?
Nagħżlu testi li jimmotivawhom Ninkoraġġuhom jaqraw billi jaraw lilna naqraw ukoll u jarawna nieħdu pjaċir Ninkoraġġuhom biex jiktbu billi jaraw lilna niktbu wkoll u nesprimu l-ħsibijiet tagħna bil-kitba Nuruhom kif il-lingwa li nitgħallmu tgħinna nikkomunikaw bejnietna u nifhmu lil xulxin Nagħtuhom attivitajiet li juru l-kitba u l-qari f’kuntest u mhux xi ħaġa maqtugħa għaliha Ninvolvu l-komunità

4 Enfasi fuq l-iżball jista’ jiċċertifika t-tifel għal għomru
INTI MA TAF XEJN

5 It-tfal huma kreattivi u għalhekk għandhom bżonn ta’ tagħlim kreattiv
It-tfal iridu jitgħallmu waqt li jieħdu pjaċir

6 Immira sew

7 Mexxi t-tfal fit-triq li ppjanajt int
Qis li t-tfal huma ffokati fuq ix-xogħol li jridu jwettqu Ippjana l-ħin għal kull biċċa xogħol li trid titwettaq u żomm mal-ħin kemm tista’ Agħlaq il-lezzjoni billi tanalizza mal-klassi dak li kienu qed jagħmlu

8 Kif se nqassam il-klassi tiegħi?
It-taqsima tal-logħob It-taqsima tas-smigħ u t-taħdit It-taqsima tal-qari (il-librerija tal-klassi) It-taqsima tal-kitba It-taqsima tat-teknoloġija

9 Kif se ngħallem? Naqraw u niktbu flimkien (shared reading and writing)
Naqraw u niktbu fi gruppi żgħar (guided reading and writing sessions and independent literacy work) Naqraw u niktbu fis-skiet Noħolqu ċrieki letterarji Naqraw u niktbu f’pari

10 Il-qari

11 Naqraw flimkien (shared reading)
Aqra storja minn ktieb kbir u t-tfal isegwu Introduċi l-idea tal-istampar Għallem kliem ġdid Saqsihom x’jista’ jiġri wara ...

12 Naqraw fi gruppi żgħar (guided reading)
Aqsam il-klassi fi gruppi żgħar Introduċi t-test Qabbad lit-tfal jaqraw waħedhom Osserva u għin lit-tfal individwalment Saħħaħ il-qari fl-aħħar tal-attività Sadanittant l-istudenti l-oħrajn ikunu qegħdin jaħdmu attivitajiet oħrajn tal-qari jew tal-kitba

13 Naqraw f’pari (paired reading)
It-tfal jistgħu jagħżlu s-sieħeb tagħhom Jaqraw lil xulxin Jekk ma jafux jaqraw jistgħu jirrakkuntaw l-istorja fi kliemhom

14 Naqraw waħedna (independent reading)
Ngħinu lit-tfal jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom biex finalment jaslu għall-qari indipendenti

15 Il-kitba

16 Niktbu flimkien (shared writing)
It-tfal kollha jaraw il-bord Issir diskussjoni fuq it-topik li jkunu se jiktbu fuqu Jista’ jkun rakkont familjari, żjara, kitba ta’ ittra, poeżija, tabella għall-klassi ... Qabel ma tikteb l-għalliema tgħid is-sentenza sew lit-tfal, u flimkien jiddiskutuha Turi li l-kitba għandha bżonn ir-riflessjoni L-għalliema tikteb is-sentenza u turi karattersitiċi fiha, bħal, ngħidu aħna, il-punteġġjatura Diskussjoni u reviżjoni

17 Niktbu fi gruppi żgħar (guided writing)
L-għalliema taqsam il-klassi fi gruppi żgħar L-għalliema tagħti prompt (lista tax-xiri, messaġġ għal Jum l-Omm, reċta qasira, poeżija ...) Ir-rwol tal-għalliema jkun li tgħin lit-tfal meta jkunu se jeħlu u li tinkoraġġihom jaħsbu fuq il-kitba tagħhom

18 Jikteb l-iskriba L-għalliema tistieden persuni li jafu jiktbu sew ħalli jiktbu flok it-tfal waqt li t-tfal ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq l-ideat Sodisfazzjon u motivazzjoni

19 Il-konsulta mal-għalliema
Kif sejjer bil-kitba? X’taħseb li se tagħmel wara din il-parti? Taħseb li tista’ żżid xi ħaġa oħra biex toħloq iktar interess? Tista’ żżid iktar informazzjoni għall-qarrej? X’taħseb b’din il-kitba wara li tlestiha? Kuntent kif inhi ġejja?

20 Il-konsulta ma’ tifel ieħor
Semmi żewġ affarijiet tajba li laqtuk Saqsi jekk ma tkunx fhimt xi ħaġa Issuġġerixxi żewġ modi kif ittejjeb din il-kitba

21 Il-kitba trid timmotiva lit-tfal

22 Il-ħin fil-klassi għall-qari u l-kitba
Il-ħin li tiddedikah għall-qari ta’ storja tista’ tużah għal qari flimkien (shared reading) Idealment uża kwarta kuljum mil-lezzjoni tal-lingwa għal qari fi gruppi (guided reading) Is-sessjonijiet tal-qari u s-sessjonijiet tal-librerija huma ddedikati għal qari għal gost

23 Fit-3 Sena u fit-2 Sena (it-tieni term) nirrakkomandaw lezzjoni waħda fil-ġimgħa (45 min.) għat-tagħlim tal-istrateġiji tal-fehim tal-qari Lezzjonijiet tal-kaligrafija fl-1 Sena u fit-2 Sena (30 min. X 2 kull ġimgħa) jistgħu jinkludu strateġiji tal-ortografija Il-lezzjonijiet tal-lingwa jinkludu t-tagħlim tal-proċess tal-kitba

24 Fil-prattika Nużaw kotba kbar Nippreżentaw il-lingwa f’kuntest
Nagħmlu inqas enfasi fuq taħriġ fuq il-karti Nuru kif aspetti tal-qari u tal-kitba jgħinu biex nikkomunikaw aħjar Nagħtu lezzjonijiet qosra imma regolari Nużaw testi sħaħ bħala l-bażi tat-tagħlim biex ngħallmu vokabularju, kif jagħrfu l-ittri, u karatteristċi oħrajn ta’ test miktub

25 Attivitajiet għall-qari u għall-kitba
tabelli, kepxins jew kummenti qosra għal tpinġijiet jew mudelli kotba magħmulin mit-tfal stess biex jaqrahom ħaddieħor kartolini jew ittri li jitolbu tweġibiet stediniet lill-ġenituri għal xi ċerimonja fl-iskola gazzetti tal-klassi bil-kitbiet tat-tfal

26 Żomm f’moħħok dawn: Ippjana b’tali mod li tkun konkret u realistiku, u inkludi wkoll lill-assistenti tiegħek Evalwa lill-istudenti tiegħek kontinwament u bil-kitba Ara li l-ispazju tal-klassi huwa utilizzat tajjeb Żomm atmosfera serena fil-klassi

27 It-Tmiem GRAZZI


Download ppt "Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna"

Similar presentations


Ads by Google