Presentation is loading. Please wait.

Presentation is loading. Please wait.

Arbor Day 16th January, 2015.

Similar presentations


Presentation on theme: "Arbor Day 16th January, 2015."— Presentation transcript:

1 Arbor Day 16th January, 2015

2 Arbor Day is a day in which people are encouraged to plant and care for trees. Today many countries observe such a holiday. Though usually observed in Spring, the date varies depending on climate and suitable planting season. In Malta we celebrate Arbor Day on the 16th of January.

3 REASONS WHY TREES ARE IMPORTANT
1. Trees produce OXYGEN 2. Trees control noise pollution 3. Trees clean the air by trapping carbon dioxide 4. Trees provide cool shade 5. Trees act as wind breakers 6. Trees fight soil erosion 7. Trees provide us with timber, fuel, pulp, resins and incenses, essential oils, flavours and bee forage.

4 SiĠar indiĠeni maltin Il-kelma indiġeni Maltin tfisser siġar li kienu minn dejjem fuq il-gżira Maltija. Dawn huma speċi li kienu jinstabu fuq il-gzira qabel il-wasla tal-bniedem. Siġar indiġeni ma nġibux mill-bniedem fuq il-gżira. Tajjeb li nħawlu lilhom għax huma addattati għall-klima sħuna ta’ Malta.

5 Dawn huma s-siġar li se nitkellmu dwarhom:
Siġra taz-Znuber Siġra taċ-Ċipress Siġra tal-Ballut Siġra tal-għargħar Siġra ta’ Ġuda Siġra tal-Ġummar Siġra tal-Bruk Siġra tal-Ħarrub Siġra tal-Luq Siġra taz-zebbuġ

6 SiĠra taŻ-Żnuber (prinjol)
Pinus halepensis Is-Siġra taż-Żnuber jew kif insibuha wkoll tal-Prinjol, hija siġra konifera li tfisser tagħmel il-cones li minnhom joħorġu żerriegħa bil-ġwienaħ li jgħinuha tinfirex permezz tar-riħ. Il-forma tal-weraq tas-siġra tal-prinjol qishom labar.

7 Cupressus sempervirens
SiĠra taċ-ċipress Cupressus sempervirens Is-Siġra taċ-Ċipress ukoll hija siġra konifera. Din tagħmel iż-żerriegħa tagħha fi blalen tondi li jinfetħu meta jsiru fil-ġranet sħan tas-sajf. Dawn jifilħu għar-riħ u jintuzaw bħala windbreakers. .

8 SiĠra tal-ballut Quercus Ilex
Is-Siġra tal-Ballut hija siġra li tħaddar is-sena kollha. Din tagħmel frotta li tissejjaħ ġandar. Fl-antik il-ġandar kien jintuza bħala għalf għall-annimali. Il-balluta tħobb tikber l-aktar fil-widien peress li għandha bżonn ħafna ilma. .

9 Tetraclinis articulata
SiĠra tal-gĦargĦar Tetraclinis articulata Is-Siġra tal-Għargħar hija s-siġra nazzjonali Maltija. Hi siġra konifera mir-razza taċ-Ċipress u tħaddar is-sena kollha. Din is-siġra qiegħda fil-periklu ta’ estinsjoni. F’Malta għandna madwar mitt siġra fil-Mellieħa u xi erbgħa oħra mxerrdin mal-pajjiż. Dawn l-aħħar ftit snin din is-siġra qed tintuża fi proġetti t’afforestazzjoni u fl-agrikoltura biex ngħinu din l-ispeċi tibqa’ ħajja f’Malta.

10 SiĠra ta’ Ġuda Cercis siliquastrum
Is-Siġra ta’ Ġuda hija siġra ħorfija li tfisser twaqqa’ l-weraq fix-xitwa. Din tagħmel fjuri roża għall-ħabta ta’ Marzu. Iż-żerriegħa tifforma ġo mżiewed matul is-sajf.

11 SiĠra tal-Ġummar chamaerops humilis
Is-Siġra tal-Ġummar hija l-unika palma indiġena. Fl-antik il-weraq tagħha kienu jużawhom bħala xkupi.

12 SiĠra tal- bruk Tamarix africana
Is-Siġra tal-Bruka insibuha tikber l-aktar ħdejn il-baħar għax tiflaħ ħafna għall-melħ.

13 SiĠra tal-Ħarrub Ceratonia celiqua
Is-siġra tal-Ħarrub hija magħrufa għas-snin li ddum tgħix, fejn tista’ tilħaq l-eta’ ta’ ’l fuq minn elf sena. Din is-siġra tagħmel il-miżwed tal-ħarrub li jintuża’ għal ħafna affarijiet. F’Malta l-miżwed jintuża biex isir il-ġulepp tal-ħarrub li hu tajjeb għas-sogħla u biex isiru l-Karamelli, ħelu li jinbiegħ fil-Ġimgħa l-Kbira. Iż-żerriegħa tal-ħarrub għandha gomma li tiġi miżjuda ma’ ħafna prodotti tal-ikel l-aktar ġelati, ikel tat-trabi u ikel għall-annimali. Tintuża wkoll fil-ġobon artab, zalzett, salami, deżerti u prodotti tal-ħalib.

14 SiĠra tal-luq Populus alba
Is-siġra tal-luq hija rari ħafna fis-selvaġġ. Insibuha mħawla f'xi ġonna u fit-toroq. Siġra li twaqqa' l-weraq fix-xitwa. Il-weraq tagħha huma ħodor minn fuq u fiddiena minn taħt.

15 SiĠra taŻ-ŻebbuĠ Olea Europea
Is-siġar taż-żebbuġ iħaddru s-sena kollha u jinsabu f’ħafna mill-pajjiżi madwar il-Mediterran. Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun u Birżebbuġa ħadu isimhom minn din is-siġra. Dawn is-siġar jeħtieġu ħafna xemx biex jipproduċu ż-żebbuġ u għalhekk huma addattati ħafna għall-klima Maltija. Iż-żebbuġa hija siġra b’saħħitha u taf tgħix sa 500 sena.Ġeneralment iż-żebbuġa tkun lesta biex tinqata’ f’Ottubru. Iż-żebbuġ li jkun se jittiekel jitqiegħed ġos-salmura għal diversi jiem qabel ikun tajjeb għall-ikel. Xi varjetajiet jitkabbru biss għall-produzzjoni taż-żejt. Siġra taż-żebbuġ ġeneralment trid erba’ snin qabel tibda tipproduċi ż-żebbuġ.

16


Download ppt "Arbor Day 16th January, 2015."

Similar presentations


Ads by Google