Presentation is loading. Please wait.

Presentation is loading. Please wait.

REACH 2018 Ibqa' fis-suq - irreġistra s-sustanzi kimiċi tiegħek.

Similar presentations


Presentation on theme: "REACH 2018 Ibqa' fis-suq - irreġistra s-sustanzi kimiċi tiegħek."— Presentation transcript:

1 REACH 2018 Ibqa' fis-suq - irreġistra s-sustanzi kimiċi tiegħek

2 Skop ta’ din il-preżentazzjoni
Din il-preżentazzjoni, bin-noti, ġiet ippreparata mill-ECHA, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, sabiex tgħinek fil-preparazzjoni ta’ preżentazzjoni dwar REACH 2018, jiġifieri l-aħħar skadenza tar-reġistrazzjoni ta’ sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali. L-intenzjoni hija li int tista’ tagħżel l-islajds rilevanti u timmodifikahom kif meħtieġ sabiex taddatta għall-udjenza tiegħek, sew jekk hija maniġment, ħaddiema, professjonisti tas-saħħa ambjentali u tas-sigurtà, awtoritajiet eċċ. Int tista’ tużaha mingħajr permess addizzjonali. Din il-preżentazzjoni tagħti ħarsa ġenerali ħafifa lejn ir-reġistrazzjoni fil-kuntest ta’ REACH u tagħti ħarsa ġenerali lejn il-Pjan direzzjonali ta’ REACH 2018 tal-ECHA. Din hija l-bidu ta’ serje ta’ preżentazzjonijiet relatati ma’ REACH 2018, li huma disponibbli fuq is-sit web tal-ECHA. Aħna nilqgħu l-kummenti u s-suġġerimenti tiegħek fuq Avviż legali: L-informazzjoni li tinsab f’din il-preżentazzjoni ma tikkostitwixxix parir legali u mhux neċessarjament tirrappreżenta f’termini legali il-pożizzjoni uffiċjali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ma taċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward tal-kontenut ta' dan id-dokument. Rilaxx: Mejju 2016, aġġornata Mejju 2017

3 Deskrizzjoni Sfond Reġistrazzjoni REACH sal-2018
Pjan direzzjonali ta’ REACH 2018 tal-ECHA Sitt fażijiet għal reġistrazzjoni b’suċċess REACH 2018 Komunikazzjoni Din l-islajd tipprovdi pakkett biex tispjega l-approċċ tal-ECHA sabiex tgħin lil reġistranti bla esperjenza u ta’ SME biex sal-31 ta’ Mejju 2018 jissodisfaw l-obbligi tar-reġistrazzjoni tagħhom ta’ sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali. Din l-islajd hija bbażata fuq il-Pjan direzzjonali ta’ REACH 2018 tal-ECHA. Dan huwa disponibbli fuq is-sit web tal-ECHA:

4 Sfond F'din it-taqsima qed tingħata ħarsa ġenerali qasira lejn l-objettivi globali tar-reġistrazzjoni ta’ REACH.

5 Reġistrazzjoni ta’ REACH
L-għarfien dwar il-perikli u l-użu tas-sustanzi huwa prerekwiżit għal azzjoni responsabbli REACH ipoġġi l-oneru tal-provi għall-kumpaniji individwali – dawn iridu juru li s-sustanzi tagħhom jistgħu jintużaw b’mod sigur Kumpaniji li jiġbru l-informazzjoni, janalizzawha u jiddokumentaw il-konklużjonijiet tagħhom f’dossier ta’ reġistrazzjoni L-informazzjoni mir-reġistrazzjonijiet tintuża mill- awtoritajiet u tiġi ppubblikata mill-ECHA fuq is-sit web tagħha Reġistrazzjoni ta’ sustanzi kimiċi li diġà jinsabu fis-suq Ewropew pass pass: 2010, 2013 u 2018 REACH reġġa’ l-oneru tal-prova dwar l-użu sigur tas-sustanzi kimiċi: Issa huwa f’idejn il-kumpaniji biex juru li s-sustanzi kimiċi li jimmanifatturaw jew jimportaw fl-UE ma jikkawżawx riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. Il-kumpaniji jniżżlu s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħhom f'dossier ta’ reġistrazzjoni li mbagħad jiġi ppreżentat lill-ECHA. L-informazzjoni fid-dossiers ta’ reġistrazzjoni tintuża għal proċessi regolatorji ulterjuri Tal-inqas jiġu vvalutati 5 % tad-dossiers ta’ reġistrazzjoni, jiġifieri jiġi analizzat jekk l-informazzjoni pprovduta tikkonformax mar-rekwiżiti ta’ REACH. Il-bażi ta' data ta’ reġistrazzjoni tiġi skrinjata għal sustanzi li jistgħu jeħtieġu miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji ulterjuri/madwar l-UE bħal klassifikazzjoni, awtorizzazzjoni jew restrizzjoni armonizzata Id-dossiers ta’ reġistrazzjoni huma wkoll il-bażi għall-valutazzjoni tas-sustanza, jiġifieri l-analiżi tal-Istati Membri ta’ sustanzi ta’ tħassib potenzjali Finalment, l-informazzjoni li tingħata mill-kumpaniji fid-dossiers ta’ reġistrazzjoni tixxerred fuq is-sit web tal-ECHA bla ħlas kif stipulat f’REACH. Kull min huwa interessat jista’ jfittex l-informazzjoni dwar is-sustanzi li jinteressawh. Dan jgħin liċ-ċittadini Ewropej jagħmlu deċiżjonijiet infurmati dwar sustanzi kimiċi li jużaw u li jistgħu jiġu esposti għalihom. REACH implimenta sistema f’passi sabiex jiġu rreġistrati s-sustanzi kimiċi hekk imsejħa “eżistenti”, imsejħa sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali skont REACH. Jekk ir-reġistranti potenzjali jkunu pprereġistrawhom fl-2008*, dawn jistgħu jibbenefikaw minn skadenzi ta’ reġistrazzjoni spazjati 1 ta’ Diċembru 2010: sustanzi manifatturati/importati minn reġistrant f’1000 tunnellata/sena jew aktar, sustanzi l-aktar perikolużi għall-ambjent manifatturati/importati minn reġistrant f’100 tunnellata/sena jew aktar u sustanzi CMR manifatturati/importati minn reġistrant f’tunnellata 1/sena jew aktar. 31 ta’ Mejju 2013: sustanzi manifatturati/importati minn reġistrant f’100 tunnellata/sena jew aktar 31 ta’ Mejju 2018: sustanzi manifatturati/importati minn reġistrant f’aktar minn tunnellata 1 jew/sena jew aktar *Il-kumpaniji li qed jidħlu fis-suq issa għal sustanza ta’ introduzzjoni gradwali li jimmanifatturawha jew jimpurtawha f’1-100 tunnellata/sena xorta jistgħu jipprereġistrawhom tard sal-31 ta’ Mejju 2017. AKTAR QARI: Strateġija tal-verifikar tal-konformità tal-ECHA: Gwida fil-Qosor dwar ir-Reġistrazzjoni: NOTA: L-UE u l-Ewropa fil-kuntest ta’ din il-preżentazzjoni jfissru l-Istati Membri tal-UE + l-pajjiżi taż-ŻEE l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja fejn japplika r-Regolament REACH.

6 Fluss ta’ informazzjoni mir-reġistrazzjoni
Din hija preżentazzjoni skematika tal-flussi ta’ informazzjoni relatati mar-reġistrazzjoni. REACH huwa approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-immaniġġar ta’ sustanzi kimiċi. Għalhekk għal valutazzjoni tar-riskju xierqa, hija meħtieġa informazzjoni dwar kemm il-karatteristiċi kif ukoll l-użu tas-sustanza L-informazzjoni dwar l-użu tiġi mill-utenti downstream. Jekk dawn ikunu organizzati, huwa mistenni li l-organizzazzjonijiet settorjali tagħhom jiġbru informazzjoni dwar l-użu u l-kondizzjonijiet ta’ użu u jagħmluha disponibbli għar-reġistranti f’format armonizzat (jużaw mapep). Anki jekk l-utenti downstream ma jkunux organizzati, dawn imħeġġa jużaw il-format armonizzat sabiex iwasslu l-informazzjoni tagħhom dwar l-użu lir-reġistranti. Ir-reġistranti bħala manifatturi u importaturi għandhom l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tas-sustanzi. Ir-reġistranti jiddokumentaw informazzjoni dwar l-użu u l-karatteristiċi fid-dossier ta’ reġistrazzjoni tagħhom. Jekk dawn jirreġistraw f’għaxar tunnellati/sena jew aktar, dawn se jwettqu wkoll valutazzjoni dwar is-sigurtà kimika li tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja kollha tas-sustanza tagħhom, u jiddokumentaw ir-riżultati f’rapport dwar is-sigurtà kimika. L-awtoritajiet jużaw l-informazzjoni fid-dossiers ta’ reġistrazzjoni biex jindirizzaw il-ħtieġa għal miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji regolatorji bħal klassifikazzjoni, tikkettjar, restrizzjoni u awtorizzazzjoni armonizzati. Id-dossiers ta’ reġistrazzjoni huma wkoll il-bażi għall-għażla tas-sustanzi għal aktar skrutinju skont proċess tal-valutazzjoni tas-sustanza. Finalment, maġġoranza ta’ informazzjoni fid-dossiers ta’ reġistrazzjoni tiġi ppubblikata bla ħlas fuq is-sit web tal-ECHA. Ir-reġistranti nfushom jużaw l-informazzjoni fid-dossier ta’ reġistrazzjoni u fir-rapport dwar is-sigurtà kimika bħala bażi għall-kumpilazzjoni tal-iskedi ta’ data ta’ sigurtà tagħhom. Skont REACH, l-iskedi ta’ data ta’ sigurtà jista’ jkollhom xenarju ta’ esponiment wieħed jew aktar mehmuż. Ix-xenarji ta’ esponiment jiddeskrivu l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-użu/grupp ta’ użu għall-użu sigur tas-sustanza. AKTAR QARI: Gwida fil-Qosor dwar Valutazzjoni dwar is-sigurtà kimika: Gwida fil-Qosor dwar il-Kumpilazzjoni ta’ skedi ta’ data ta’ sigurtà: Gwida fil-Qosor għall-Utenti downstream: Informazzjoni dwar sustanzi rreġistrati:

7 Informazzjoni pubblika dwar is-sustanzi kimiċi tiġi mir-reġistrazzjonijiet
Kard ta’ informazzjoni Profil fil-Qosor Dawn l-islajds juru kif l-informazzjoni ppreżentata mill-kumpaniji lill-ECHA tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-ECHA. L-aktar mod konċiż ta’ kif l-ECHA turi l-informazzjoni fuq is-sit web tagħha jissejjaħ “Kard ta’ informazzjoni”. Dan jagħti sommarju tal-karatteristiċi ewlenin tas-sustanza: kif din tiġi kklassifikata u jekk hijiex perikoluża jew le. Jekk is-sustanza jkollha karatteristiċi inkwetanti, il-Kard ta’ informazzjoni turi wkoll kif is-sustanza qed tiġi skrutinizzata mir-regolaturi. Il-profili fil-qosor jiġbru fil-qosor id-deskrizzjoni tas-sustanza u l-karatteristiċi xjentifiċi mid-dossier ta’ reġistrazzjoni. Deskrizzjoni tas-sustanza tagħti ħarsa ġenerali lejn l-identifikaturi ewlenin tas-sustanza, il-klassifikazzjoni tas-sustanza, attivitajiet regolatorji li jkunu għadhom għaddejjin, użu ewlieni tas-sustanza u liema reġistranti jimmanifatturaw u/jew jimportaw is-sustanza. Informazzjoni fit-Taqsima tal-karatteristiċi xjentifiċi hija strutturata mill-karatteristiċi tas-sustanza, u tkompli tinqasam f’punti ta' tmiem. Kull punt ta' tmiem jinkludi tliet blokok ta’ informazzjoni: Riżultati tal-istudju, tip ta’ studju pprovdut u sommarju tad-data. Id-data tas-sors hija d-data mhux ipproċessata li hija l-bażi għas-sommarji fil-Kards ta’ informazzjoni u fil-profili fil-qosor. Dossiers ta’ reġistrazzjoni = dossiers IUCLID ippreżentati lill-ECHA minn kumpaniji li jimmanifatturaw jew jimportaw sustanzi ta’ aktar minn tunnellata 1/sena. Lista CoRAP = Pjan ta’ azzjoni rikorrenti komunitarju Lista ta’ sustanzi ta’ tħassib potenzjali li se jiġu vvalutati mill-Istati Membri fit-tliet snin li ġejjin. Aktar informazzjoni fuq Lista ta’ awtorizzazzjoni = Sustanzi li ġew inklużi fl-Anness XIV ta’ REACH. L-użu ta’ dawn is-sustanzi mhux permess sakemm ma tingħatax awtorizzazzjoni għall-użu. Aktar informazzjoni fuq Lista ta’ restrizzjoni = Sustanzi li l-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom ġie/t ristrett/a. Aktar informazzjoni fuq C&Ls armonizzati = Sustanzi li l-klassifikazzjoni u t-ttikkettjar tagħhom ġew armonizzati madwar l-UE kollha. Aktar informazzjoni fuq Sustanzi attivi approvati = Sustanzi approvati bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament dwar Prodotti Bijoċidali. Huwa possibbli li tikseb awtorizzazzjoni għal prodott bijoċidali għal sustanzi attivi approvati biss. Aktar informazzjoni fuq PIC Anness I = Sustanzi elenkati fir-Regolament dwar Kunsens Infurmat minn Qabel Anness I. Huwa meħtieġ kunsens mill-pajjiż riċeventi qabel dawn is-sustanzi jkunu jistgħu jiġu esportati lilhom. Aktar informazzjoni fuq AKTAR QARI: Informazzjoni dwar sustanzi rreġistrati: Dossiers ta’ reġistrazzjoni Lista CoRAP Lista ta’ Awtorizzazzjoni Lista ta’ Restrizzjoni C&Ls armonizzati Sustanzi Attivi Approvati PIC Anness I Sors tad-Data

8 Reġistrazzjoni REACH sal-2018
Ir-reġistrazzjoni ta’ sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali ġiet spazjata taħt REACH: l-iskadenzi ġew stabbiliti għall-1 ta’ Diċembru 2010, il-31 ta’ Mejju 2013 u l-31 ta’ Mejju 2018. It-tielet skadenza fl-2018 hija mistennija li jkollha xi karatteristiċi speċifiċi ħafna.

9 REACH 2018 It-tielet u l-aħħar skadenza tar-reġistrazzjoni għal sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali Li tikkonċerna: Kumpaniji li jimmanifatturaw/jimportaw sustanzi bejn 1 u 100 tunnellata/sena u li pprereġistrawhom X'hemm ġdid? % ogħla ta’ SMEs Bosta SMEs jistgħu jikkunsidraw li jsiru reġistranti prinċipali għall- ewwel darba Bosta SEIFs żgħar/reġistranti waħidhom fl-SIEF tagħhom Inqas informazzjoni  meħtieġa biex tiġi ġġenerata data ġdida Livelli differenti ta’ organizzazzjonijiet settorjali Kuntesti ekonomiċi u politiċi ġodda Il-31 ta’ Mejju 2018 hija l-aħħar skadenza tar-reġistrazzjoni għal sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali. Il-kumpaniji ma jistgħux jipposponu d-deċiżjoni tar-reġistrazzjoni tagħhom aktar billi jnaqqsu l-volumi tal-produzzjoni/tal-importazzjoni. Wara l-iskadenzi, il-kumpaniji li jridu jidħlu fis-suq għal sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali jridu jippreżentaw talba lill-ECHA biex ikunu jistgħu jingħaqdu f’reġistrazzjoni eżistenti. Sustanzi CMR (karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni) manifatturati jew importati f’aktar minn tunnellata waħda/sena kellhom l-iskadenza tar-reġistrazzjoni tagħhom diġà aktar kmieni, fl-1 ta’ Diċembru 2010.

10 REACH  L-esperjenza turi li: Ir-reġistrazzjoni REACH hija waħda li tista’ timmaniġġjaha! Eluf ta’ kumpaniji diġà ilhom jagħmluha sa mill-2008 Intlaqgħu aktar minn 5 600 reġistrazzjoni għall-aħħar skadenza, 16 % minn kumpaniji SME L-ECHA, il-Kummissjoni Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet industrijali qed jingħaqdu biex jappoġġjaw il-kumpaniji! AKTAR QARI: Statistiċi tar-reġistrazzjoni REACH, inkluż ukoll informazzjoni speċifika dwar l-iskadenza tal-2018 huma disponibbli hawn:

11 Pjan direzzjonali ta’ REACH 2018 tal-ECHA
Il-Pjan direzzjonali ta’ REACH 2018 tal-ECHA huwa indirizzat lil partijiet ikkonċernati tal-ECHA, jiġifieri mhuwiex materjal ta’ sostenn indirizzat lir-reġistranti (SME). Dan jiddokumenta l-impenn tal-Aġenzija sabiex tirrevedi b’mod kritiku l-proċess tar-reġistrazzjoni REACH mill-bidu sal-aħħar iżżid il-proċess u tappoġġja b’mod aktar effettiv lill-kumpaniji bl-obbligi tagħhom. L-objettiv tal-azzjonijiet skont il-Pjan direzzjonali huwa li jagħti aktar appoġġ b’mira lill-SMEs u lil reġistranti bla esperjenza.

12 Dokument tal-pjan direzzjonali
Ippubblikat fl-14 ta’ Jannar 2015 Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati Ġunju-Settembru 2014 Kummenti milqugħa minn 26 organizzazzjoni Jiddokumenta l-attivitajiet tal-ECHA ppjanati għall Azzjonijiet biex jappoġġjaw reġistranti bla esperjenza u SME Fokus ewlieni fuq it-titjib tal-leġibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-materjal ta’ sostenn Stadji importanti reveduti fuq bażi annwali; rapport ta’ progress annwali ppubblikat Irid jiġi kkumplimentat minn azzjonijiet tal-Istati Membri u industrijali għal maniġġar b’suċċess tal-iskadenza tar- reġistrazzjoni tal-2018 Feedback milqugħa: Ħdax-il uffiċċju nazzjonali ta’ informazzjoni, tmien organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, ħames Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri u żewġ membri tal-Forum* *Il-Forum = Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar. Il-Forum huwa korp tal-ECHA; dan jikkoordina n-netwerk tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri.

13 Struttura tal-pjan direzzjonali: Seba’ fażijiet
Kun af il-portfall tiegħek Sib koreġistranti Aqsam data ma’ ħaddieħor Ivvaluta l-perikli u r-riskji Ipprepara d-dossier tiegħek Sabiex tagħmel il-proċess tar-reġistrazzjoni aktar aċċettabbli għal reġistranti bla esperjenza u SME, l-ECHA qasmitu f’seba’ fażijiet distinti. Fil-verità ħafna minn dawn il-fażijiet jikkoinċidu u jista’ jkun hemm bżonn li wieħed jaqbeż minn fażi għal oħra peress li l-informazzjoni tiġi akkumulata waqt il-proċess. Ippreżenta r-reġistrazzjoni tiegħek Żomm id-dossier tiegħek aġġornat

14 Kun af il-portfall tiegħek
Identifika jekk int għandekx bżonn tirreġistra (rwol fil-katin tal-provvista) u jekk iva, liema sustanzi fil- portafoll tiegħek jeħtieġ li jiġu rreġistrati Identifika u semmi s-sustanzi tiegħek l- identifikazzjoni eżatta hija essenzjali għall- kondiviżjoni tad-data u għar-reġistrazzjoni konġunta Iffamiljarizza ruħek mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni Ippjana xogħlok u informa lill-utenti downstream Fażi 1: Kun af il-portfall tiegħek Huwa kruċjali li l-kumpaniji jkollhom ħarsa ġenerali ċara tad-dmirijiet tagħhom sew qabel l-iskadenza sabiex ikunu jistgħu jippjanaw kif se jtwettqu r-reġistrazzjonijiet meħtieġa kollha sal-iskadenza tal-31 ta’ Mejju 2018. L-identifikazzjoni ta’ sustanzi korretta f’termini ta’ REACH (kostitwenti, addittivi u impuritajiet identifikati) f’dan l-istadju hija importanti għall-fażijiet li jmiss fil-proċess tar-reġistrazzjoni. Il-ħin meħtieġ għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza waħda jvarja ħafna, minn ftit xhur jekk reġistrazzjoni diġà teżisti sa tliet snin skont il-kumplessità tas-sustanza, id-daqs tas-SIEF, id-disponibbiltà tal-informazzjoni u sussegwentement l-ammont ta’ informazzjoni li jeħtieġ li jiġi ġġenerat eċċ. Is-sustanzi li għandhom jiġu rreġistrati jistgħu jkunu kruċjali għan-negozji tal-utenti downstream. Ukoll, għall-finijiet tagħhom huwa tajjeb li jiddeċiedu dwar l-intenzjonijiet tar-reġistrazzjoni sew qabel l-iskadenza u li jinfurmaw lill-konsumaturi kif xieraq.

15 Sib il-koreġistranti tiegħek
Ivverifika l-prereġistrazzjoni tiegħek Identifika r-reġistrant prinċipali, jew Sib il-koreġistranti tiegħek Iddiskuti s-similarità tas-sustanza tiegħek sabiex tikkondividi data u tippreżentaha b’mod konġunt Fażi 2: Sib il-koreġistranti tiegħek REACH jirrikjedi kumpaniji li jirreġistraw l-istess sustanza biex jagħmlu dan b’mod konġunt. Dan inaqqas l-ispejjeż, l-isforz u jikkontribwixxi għall-għan ta’ REACH li jitnaqqas l-ittestjar mhux neċessarju fuq l-annimali. Jekk is-sustanza diġà ġiet irreġistrata, reġistrant ġdid irid jikkuntattja lis-SIEF eżistenti (SIEF = Forum ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar sustanzi), tipikament permezz ta’ reġistrant prinċipali. Jekk is-sustanza għadha ma ġietx irreġistrata, il-prereġistranti jridu jikkuntattjaw lil xulxin sabiex jikkonfermaw l-affarijiet l-istess tas-sustanza u jiffurmaw SIEF. F’dan il-każ, huwa importanti li jkunu attivi minn kmieni - dan se jippermetti lis-SIEF ħin biżżejjed biex jorganizza ruħu u jipprepara r-reġistrazzjoni.

16 Aqsam data ma’ ħaddieħor
Organizza l-kooperazzjoni SIEF tiegħek, jew kun attiv fis-SIEF eżistenti tas-sustanza tiegħek Ikkondividi biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni tiegħek Evita ttestjar mhux neċessarju fuq l-annimali Naqqas l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni Innegozja l-ispejjeż b’mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju Ikkondividi l-ispejjeż ta’ data komuni Fażi 3: Kun organizzat fis-SIEF tiegħek Int trid taqbel mal-koreġistranti tiegħek dwar kif torganizza s-SIEF tiegħek, fi kliem ieħor, kif timmaniġġja l-amminstrazzjoni tas-SIEF. M’hemmx mod obbligatorju ta’ kif għandu jopera s-SIEF. Hemm bosta għajnuniet fuq is-sit web tal-ECHA dwar x’tikkonsidra, bħal komunikazzjoni, teħid tad-deċiżjonijiet, u amministrazzjoni finanzjarja. SIEF għandu l-kompiti ewlenin li 1) jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni biex jipprevjeni d-duplikazzjoni tal-istudji u 2) jaqbel dwar il-klassifikazzjoni u t-ttikkettjar tas-sustanza. Fil-prattika, li jaqbel dwar il-mudell tal-kondiviżjoni tad-data u tal-ispejjeż huwa ċentrali. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar Preżentazzjoni Konġunta tad-Data u l-Kondiviżjoni tad-Data jipprovdi xi linji gwida dwar dawn:

17 Ivvaluta l-perikli u r-riskji
L-informazzjoni meħtieġa tiddependi fuq it-tunnellaġġ u l-użu 1-10 tunnellati: Possibbiltà ta’ rekwiżiti ta’ data mnaqqsa għal sustanzi inqas perikolużi > 10 tunnellati: meħtieġ rapport dwar is-sigurtà kimika Oqgħod attent/a għall-kwalità tad-data: rilevanza, adegwatezza u affidabbiltà L-ittestjar fuq l-annimali huwa l-aħħar rimedju - ikkunsidra alternattivi l-ewwel Xi studji fit-tul jeħtieġu proposta ta’ ttestjar Fażi 4: Ivvaluta l-perikli u r-riskji Din il-fażi hija ċ-ċentru tar-reġistrazzjoni: il-membri tas-SIEF jikkunsidraw liema informazzjoni għandhom diġà disponibbli u s-SIEF jiddeċiedi dwar l-istrateġija sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ informazzjoni li jkun fadal. Is-SIEF jeħtieġ ukoll jiddeċiedi dwar jekk għandux jesternalizza dan ix-xogħol jew parti minnu. Rekwiżiti ta’ data mnaqqsa japplikaw għal sustanzi ta’ riskju baxx u ta’ tunnellaġġ baxx. Aqra aktar dwar dan fl-Anness III Strateġija tal-ECHA ( Appoġġ prattiku mill-ECHA dwar kif tapplika l-kriterji tal-Anness III huwa disponibbli fuq L-ECHA tipprovdi għodda tal-IT, Chesar (valutazzjoni dwar is-sigurtà kimika u għodda ta’ rappurtar), bla ħlas għat-twettiq ta’ valutazzjoni dwar is-sigurtà kimika u l-preparazzjoni tar-rapport dwar is-sigurtà kimika u x-xenarji tal-esponiment. L-għodda hija disponibbli fuq

18 Ipprepara d-dossier tiegħek
Ipprepara d-dossier tekniku tiegħek f'IUCLID Identità tar-reġistrant Identità tas-sustanza Informazzjoni dwar il-karatteristiċi intrinsiċi tas-sustanza Informazzjoni dwar l-użu u l-esponiment Kumpaniji li jippreparaw dossier ta’ membru mingħajr ebda nonparteċipazzjoni jistgħu jagħmlu dan online f’REACH-IT Ir-rapport dwar is-sigurtà kimika jeħtieġ li jkun inkluż jekk il- manifattura/l-importazzjoni tkun ta’ 10 tunnellati/sena jew aktar L-użu tal-għodda tal-ECHA Chesar huwa rrakkomandat Is-Servizzi Cloud tal-ECHA huma għażla mfassla għall-SMEs sabiex jaċċessaw IUCLID mingħajr il-bżonn li jinstallaw l-applikazzjoni Fażi 5: Ipprepara d-dossier tiegħek IUCLID (Bażi ta' data Internazzjonali għall-Informazzjoni Kimika Uniformi) huwa applikazzjoni ta’ softwer li jiġbor, jaħżen, iżomm u jiskambja data dwar il-karatteristiċi intrinsiċi u perikolużi tas-sustanzi kimiċi. Dan huwa s-softwer biex tipprepara d-dossiers ta’ reġistrazzjoni għal REACH. L-ECHA tipprovdih bla ħlas. IUCLID huwa disponibbli hawn Is-Servizzi Cloud tal-ECHA huma pjattaforma online sigura li tintuża biex tqassam l-applikazzjonijiet tal-IT tal-ECHA f’ambjent cloud. Ara aktar fuq

19 Ippreżenta r-reġistrazzjoni tiegħek
Ivverifika u aġġorna l-informazzjoni li hija rilevanti għar-reġistrazzjoni f’REACH-IT B’attenzjoni vvaluta l-istatus SME tiegħek Stabbilixxi jew ingħaqad fil-preżentazzjoni konġuta f’REACH-IT Ippreżenta d-dossier ta’ reġistrazzjoni tiegħek: l- ewwel ir-reġistrant prinċipali, imbagħad il- koreġistranti kollha Agħmel segwitu tal-komunikazzjoni f’REACH-IT Fażi 6: Ippreżenta r-reġistrazzjoni tiegħek REACH-IT hija għodda tal-IT li tappoġġja l-industrija, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi biex ikunu jistgħu jippreżentaw, jipproċessaw u jimmaniġġjaw data u dossiers b'mod sigur. Aktar informazzjoni hija disponibbli hawn L-SMEs jibbenefikaw minn ħlas għar-reġistrazzjoni mnaqqas. Għalhekk l-istatus SME jiġi ddikjarat fil-fażi tal-preżentazzjoni f’REACH-IT u jeħtieġ li tiġi pprovduta xi dokumentazzjoni ta’ sostenn. Status SME ddikjarat ħażin iwassal għal tariffa amministrattiva u l-bilanċ għat-tariffa t-tajba li jkollu jitħallas. Aktar informazzjoni fuq Il-prinċipju “sustanza waħda, reġistrazzjoni waħda”huwa infurzat mill-ECHA fil-fażi tal-preżentazzjoni: Jekk ikun hemm reġistrazzjoni eżistenti għal sustanza msemmija, ir-reġistranti sussegwenti jiġu ggwidati biex jgħaqqdu dik ir-reġistrazzjoni jekk ikunu qed jippreżentawha barra minnha. REACH-IT huwa disponibbli fuq

20 Żomm ir-reġistrazzjoni tiegħek aġġornata
Id-dossier ta’ reġistrazzjoni huwa dokument li jiġi aġġornat maż-żmien! Dmir li taġġorna d-dossier ta’ reġistrazzjoni jekk Deċiżjoni regolatorja Informazzjoni ġdida dwar sustanza (karatteristiċi, użu) Kun proattiv Ikkonsulta r-Rapporti ta’ Progress ta’ Valutazzjoni tal-ECHA għall- aktar anomalitajiet komuni fid-dossiers ta’ reġistrazzjoni. Segwi żviluppi regolatorji għas-sustanza tiegħek fuq is-sit web tal- ECHA Fażi 7: Żomm id-dossier ta’ reġistrazzjoni tiegħek aġġornat Ir-Rapporti ta’ Progress ta’ Valutazzjoni tal-ECHA jistgħu jinstabu hawn: Uża PACT (Għodda ta’ Koordinazzjoni tal-Attivitajiet Pubbliċi, Public Activities Coordination Tool) biex issegwi attivitajiet regolatorji. Din hija disponibbli hawn:

21 REACH 2018 Komunikazzjoni Żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar REACH 2018 hija importanti sabiex il-kumpaniji kollha li għandhom obbligi ta’ reġistrazzjoni jibdew kmieni biżżejjed. Din it-taqsima tintroduċi l-paġni web ta’ REACH 2018 tal-ECHA li huma punt uniku ta’ servizz għall-pariri ta’ REACH 2018 tal-ECHA. Din tintroduċi wkoll in-Netwerk tal-Komunikaturi ta’ REACH  laqgħa informali ta’ komunikaturi minn Stati Membri, in-Netwerk Enterprise Europe u l-organizzazzjonijiet industrijali - sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar REACH 2018.

22 Sit web ta’ REACH 2018: http://echa.europa.eu/reach-2018
Lingwa sempliċi Disponibbli fi 23 lingwa Strutturat madwar fluss ta’ ħidma ta’ reġistrazzjoni Materjal ta’ sostenn tal-ECHA għal kull pass organizzat fi tliet saffi ta’ kumplessità Biex nibdew Qari essenzjali Aktar fil-fond Avviż minn qabel dwar kwistjonijiet li ġejjin L-ECHA titlob lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jingħaqdu u jippromwovu l-paġni web ta’ REACH 2018 bħala l-punt ċentrali tal-informazzjoni u l-għajnuna dwar REACH 2018.

23 Innota l-funzjonijet li ġejjin għal kull fażi
Pannell fuq in-naħa tax-xellug b’navigazzjoni faċli bejn il-fażijiet kollha ta’ REACH 2018 Aħbarijiet rilevanti għall-fażi Eżempji prattiċi u studji tal-każ għal fażi

24 Materjal ta’ sostenn fi tliet kategoriji
Biex nibdew: Ħarsa ġenerali lejn x’inhi l-fażi Qari essenzjali: Aktar dwar il-kontenut biex jgħinek tiddeċiedi eż. jekk għandekx bżonn testernalizza x-xogħol Aktar fil-fond: Kif twettaq il-kompiti Għal kull fażi, il-materjal ta’ sostenn ġie organizzat fi tliet saffi ta’ kumplessità miżjuda sabiex jippermetti dħul strutturat fis-suġġetti.

25 REACH 2018 Netwerk tal-Komunikaturi
Stabbilit biex: Jippjana u jikkoordina attivitajiet li jżidu s-sensibilizzazzjoni Jgħin sabiex jiġi prodott u distribwit materjal fil-lingwi kollha tal-UE Jiġbor feedback minn udjenzi fil-mira Ikejjel l-impatt ta’ attivitajiet koordinati L-ECHA, il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet industrijali, l-organizzazzjonijiet lokali tan-Netwerk Enterprise Europe Attiv sa mill-bidu tal-2015 In-netwerk jinkludi membri mill-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet industrijali, in-Netwerk Enterprise Europe u l-Kummissjoni Ewropea u l-ECHA. Il-kompitu tiegħu huwa li jikkoordina attivitajiet li jżidu s-sensibilizzazzjoni għall-aħħar skadenza tal-31 ta’ Mejju 2018. Dan jaħdem fuq bażi volontarja, u prinċipalment virtwalment. L-għan huwa li jiġu kkoordinati attivitajiet ta’ komunikazzjoni madwar l-Istati Membri tal-UE u l-organizzazzjonijiet. B’mod kontinwu, l-ECHA qed tfittex membri ġodda mhux għall-profitti biex jingħaqdu fin-netwerk. Aktar informazzjoni fuq

26 Attivitajiet konġunti madwar it-tnedijiet tal-fażijiet
X’qed tagħmel l-ECHA biex tippromwovi kull waħda mill-fażijiet tal-Pjan direzzjonali ta’ REACH 2018 Stqarrija għall-istampa fi 23 lingwa tal-UE Webinar ta’ siegħa li jispjega l-kontenut tal-fażi Aħbarijiet elettroniċi Speċjali Artikli fil-Bullettin tal-ECHA Posts fuq LinkedIn Posts fuq Twitter Kondiviżjoni ta’ dawn kollha man-Netwerk tal-Komunikaturi ta’ REACH 2018  Dawn kollha jistgħu jintużaw mill-partijiet ikkonċernati tal-ECHA fil-komunikazzjoni tagħhom stess

27 Żieda fis-sensibilizizazzjoni permezz ta’ diversi udjenzi
Fuljetti ta’ REACH 2018 disponibbli Fuljett ġeneriku Fuljett immirat lejn ir-rappreżentanti tal-ħaddiema (b’mod konġunt mal-KETU) It-tnejn li huma disponibbli fi 23 lingwa hawn Barra minn hekk, hemm fuljett għall-kumpaniji mhux tal-UE (bl-Ingliż) li jispjega x’jistgħu jagħmlu pajjiżi mhux tal-UE biex jappoġġjaw il-konsumaturi Ewropej tagħhom sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont REACH u CLP.


Download ppt "REACH 2018 Ibqa' fis-suq - irreġistra s-sustanzi kimiċi tiegħek."

Similar presentations


Ads by Google