Presentation is loading. Please wait.

Presentation is loading. Please wait.

1 Kwiżż dwar id-Diskrepanza fil-Pagi bejn in-Nisa u l-Irġiel Merħba fil-kwiżż dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel! Dan il-kwiżż qasir.

Similar presentations


Presentation on theme: "1 Kwiżż dwar id-Diskrepanza fil-Pagi bejn in-Nisa u l-Irġiel Merħba fil-kwiżż dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel! Dan il-kwiżż qasir."— Presentation transcript:

1 1 Kwiżż dwar id-Diskrepanza fil-Pagi bejn in-Nisa u l-Irġiel Merħba fil-kwiżż dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel! Dan il-kwiżż qasir juża mistoqsijiet bgħażla multipla biex jispjega l-kawżi u l-impatt tad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE. Jinkludi wkoll dettalji dwar fejn għandek tmur biex tikseb iktar informazzjoni u pariri. Ittestja l-għarfien tiegħek billi tagħmel il-kwiżż illum.* *Jekk jogħġbok innota li għal ċerti mistoqsijiet hemm iktar minn tweġiba waħda possibbli.

2 2 1.Xinhi d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? A.Id-differenza bejn kemm jieħdu magħhom paga d-dar in-nisa u l-irġiel fix-xahar. B.Id-differenza medja bejn id-dħul fis-siegħa tan-nisa u l-irġiel. C.Id-differenza bejn il-paga tan-nisa u tal-irġiel matul il-liv tal-maternità.

3 3 1.Xinhi d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? Tweġiba: B In-nisa għadhom jaqilgħu inqas mill-irġiel fl-Ewropa. Id-differenza medja bejn id-dħul fis-siegħa tan-nisa u l-irġiel (qabel ma jsir kwalunkwe tnaqqis ta taxxa tad-dħul u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali) hija magħrufa bħala d-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. Din hija d-definizzjoni uffiċjali tal-UE.

4 4 2.Xinhi d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fMalta? A.6.1% B.11% C.29.5%

5 5 2.Xinhi d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fMalta? Tweġiba: A Fl-2010, id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fMalta kienet ta 6.1%. Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel tvarja fkull 27 Stat Membru, minn madwar 5% sa madwar 30%. Sors: Eurostat 2010.

6 6 3.Xinhi l-medja ta diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE? A.16.4% B.24% C.33%

7 7 3.Xinhi l-medja ta diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE? Tweġiba: A Fl-2010, il-medja ta diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE kienet ta madwar 16.4%. Sors: Eurostat 2010. (Sors provviżorju)

8 8 4.Min iħaddem għandu d-dritt li jħallas in-nisa inqas mill-irġiel għall-istess xogħol? A.Iva B.Le C.Fċerti każijiet

9 9 4.Min iħaddem għandu d-dritt li jħallas in-nisa inqas mill-irġiel għall-istess xogħol? Tweġiba: B Le. Huwa illegali li għall-istess xogħol jew għal xogħol ta valur ugwali n-nisa tħallashom inqas. Jeżistu liġijiet tal-UE fuq il-kwistjoni ta paga indaqs għal xogħol ta valur ugwali (id-Direttiva 2006/54/KE) li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta sess għall-aspetti u l-kundizzjonijiet ta ħlas kollha. L-Istati Membri tal-UE kollha inkorporaw id-Direttiva 2006/54/KE fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom.

10 10 5.Meta ġew introdotti għall-ewwel darba r-regoli kontra d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? A.1984 B.1975 C.1991

11 11 5.Meta ġew introdotti għall-ewwel darba r-regoli kontra d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? Tweġiba: B Il-liġijiet tal-UE ilhom jeżistu mill-1975. Fil-fatt, l-impenn tal-UE li tiżgura paga ugwali għal xogħol ta valur ugwali jmur lura saħansitra sat-Trattat ta Ruma fl-1957.

12 12 6.Xjikkawża d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? A.Min iħaddem li jħallas l-impjegati nisa inqas mill-kollegi rġiel tagħhom għall-istess xogħol. B.In-nisa li jaħdmu fsetturi differenti u li jagħmlu xogħlijiet differenti minn tal-irġiel. C.In-nisa li jaħdmu sigħat iqsar jew part-time biex jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom.

13 13 6.Xjikkawża d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? Tweġiba: A, B u C Hemm ħafna raġunijiet li jwasslu għad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. Xi drabi n-nisa sempliċiment ma jitħallsux daqs l-irġiel, minkejja li dawn iwettqu l-istess xogħol jew xogħol ta valur ugwali.

14 14 6.Xjikkawża d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? Tweġiba: A, B u C Hemm ħafna raġunijiet li jwasslu għad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. Ħafna drabi, in-nisa u l-irġiel iwettqu xogħol differenti u jaħdmu fsetturi differenti, u dan jista jwassal biex ikun hemm differenza fil-pagi tagħhom. Pereżempju, is-setturi ddominati min-nisa, bħall-kura tas-saħħa, għandhom tendenza li jkollhom pagi iktar baxxi minn dawk fejn l-irġiel huma fil-maġġoranza.

15 15 6.Xjikkawża d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? Tweġiba: A, B u C Hemm ħafna raġunijiet li jwasslu għad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. Dan iseħħ minkejja li n-nisa ħafna drabi jkollhom kwalifiki tal-edukazzjoni ogħla mill-irġiel. Fil-fatt, fl-2010 in-nisa laħqu kważi s-60% tal-istudenti universitarji kollha fl-UE.

16 16 6.Xjikkawża d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? Tweġiba: A, B u C Hemm ħafna raġunijiet li jwasslu għad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. Barra minn hekk, peress li n-nisa ġeneralment iġorru l-piż tal-kura tat-tfal, dawn għandhom tendenza li jaħdmu sigħat iqsar jew part-time u briżultat ta dan jaqilgħu inqas.

17 17 7.Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, meta tħalli l-ikbar impatt fuq il-ħajja ta mara? A.Meta tibda taħdem. B.Meta tiddeċiedi li tibni familja. C.Meta tirtira.

18 18 7.Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, meta tħalli l-ikbar impatt fuq il-ħajja ta mara? Tweġiba: A, B u C Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel jista jkollha impatt tul il-ħajja ta mara. In-nisa li jidħlu s-suq tax-xogħol jistgħu jsibu li l-ħiliet tagħhom huma sottovalutati meta mqabbla ma dawk tal-irġiel minħabba t-tipi ta impjiegi u setturi ddominati min-nisa, li ħafna drabi jitħallsu inqas tajjeb. Din is-sottovalutazzjoni ta ħiliet ħafna drabi tkompli tul il-karriera sħiħa ta mara.

19 19 7.Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, meta tħalli l-ikbar impatt fuq il-ħajja ta mara? Tweġiba: A, B u C Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel jista jkollha impatt tul il-ħajja ta mara. Peress li n-nisa bil-familji ħafna drabi jġorru l-piż tal-kura tat-tfal, dawn għandhom it-tendenza li jaħdmu sigħat iqsar jew part-time u ma jokkupawx pożizzjonijiet ta maniġment, u dawn iż-żewġ raġunijiet jaffettwaw il-kapaċità ta qligħ matul il-karriera sħiħa tagħhom. Fħafna pajjiżi l-punt fejn wieħed jibda jibni familja huwa dak fejn id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel titwessa.

20 20 7.Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, meta tħalli l-ikbar impatt fuq il-ħajja ta mara? Tweġiba: A, B u C Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel jista jkollha impatt tul il-ħajja ta mara. Il-fatt li n-nisa jaqilgħu inqas tul ħajjithom ifisser ukoll li dawn ikollhom inqas pensjonijiet meta jirtiraw u bhekk huma friskju ogħla ta povertà fix-xjuħija meta mqabbla mal-irġiel.

21 21 8.Għal liema raġuni għandna neliminaw id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? A.Huwa ġust – in-nisa għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod tal- irġiel. B.Dan kieku jagħti spinta lill-ekonomija. C.Ikun tajjeb għal min iħaddem.

22 22 8.Għal liema raġuni għandna neliminaw id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? Tweġiba: A, B u C Minbarra l-argument morali li n-nisa u l-irġiel għandhom jitħallsu l-istess għax-xogħol ta valur ugwali, jeżisti wkoll l-argument ekonomiku. In-nisa għandhom ħiliet u talenti li ħafna drabi huma sotto-utilizzati fil-post tax-xogħol u jekk dawn jinfetħu jistgħu jgħinu lil kumpaniji fl-indirizzar tan-nuqqasijiet ta ħiliet.

23 23 8.Għal liema raġuni għandna neliminaw id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? Tweġiba: A, B u C Li wieħed jivvaluta n-nisa għax-xogħol li huma jagħmlu u li l- ħiliet tagħhom jiġu ppremjati bmod ġust jista jtejjeb il- prestazzjoni u l-effikaċja ta negozju. Pereżempju, billi jgħin in-negozju sabiex jattira u jżomm persunal li għandu talent, u billi tinħoloq dehra pożittiva tal-kumpanija mal-klijenti u l-investituri tagħha. Dan imbagħad jagħti spinta lill-ekonomija.

24 24 9.L-UE xqiegħda tagħmel sabiex telimina d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? A.Qiegħda tgħid lil min iħaddem sabiex iħallas in-nisa bmod ġust. B.Qiegħda taħdem sabiex tqajjem kuxjenza dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. C.Qiegħda tħeġġeġ il-gvernijiet nazzjonali sabiex jieħdu azzjoni.

25 25 9.L-UE xqiegħda tagħmel sabiex telimina d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? Tweġiba: A, B u C L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija dritt fundamentali fl-UE. Barra milli timplimenta l-liġijiet, l-UE torganizza inizjattivi biex tibdel l-attitudni ta kif huma perċepiti r-rwoli tal-irġiel u n-nisa - fl-iskejjel, fid-dar, fil-post tax-xogħol u fis-soċjetà in ġenerali.

26 26 9.L-UE xqiegħda tagħmel sabiex telimina d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? Tweġiba: A, B u C L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija dritt fundamentali fl-UE. Pereżempju, fl-2011 il-Kummissjoni Ewropea nediet il-Jum Ewropej għall-Paga Indaqs (EEPD). L-EEPD huwa avveniment annwali li fih titqajjem kuxjenza dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l- irġiel u dwar kif din tista tiġi eliminata. Id-data tiegħu, li sejra tvarja kull sena skont il-medja tad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, timmarka l-ġranet żejda li n-nisa jridu jaħdmu sabiex jaqilgħu l-istess paga bħall-irġiel matul sena sħiħa ta xogħol.

27 27 9.L-UE xqiegħda tagħmel sabiex telimina d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? Tweġiba: A, B u C L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija dritt fundamentali fl-UE. Il-Kummissjoni Ewropea organizzat ukoll kampanja ta informazzjoni li hi mmirata lejn min iħaddem, l-impjegati u partijiet interessati oħra biex titqajjem kuxjenza dwar id- diskrepanza fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel, il-kawżi tagħha u dwar kif din tista tiġi eliminata.

28 28 9.L-UE xqiegħda tagħmel sabiex telimina d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel? Tweġiba: A, B u C L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija dritt fundamentali fl-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar nediet inizjattiva biex tgħin sabiex tqajjem kuxjenza dwar il-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fost il-kumpaniji. Dan sejjer isir permezz tal-promozzjoni ta attivitajiet ta' taħriġ u billi jitħeġġeġ l-iskambju ta prattiċi tajba fuq il-każ ta negozju għall- ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

29 29 10.Jiena impjegat – xnista nagħmel jekk ninsab inkwetat li jista jkun hemm xi diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi? A.Uża l-kalkulatur tas-salarju fuq il-websajt tad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel biex turi l-impatt tad-diskrepanza fejn taħdem. B.Tkellem mal-imgħallem tiegħek u itlob spjegazzjoni. C.Ikkuntattja l-korp għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel biex tieħu parir.

30 30 10.Jiena impjegat – xnista nagħmel jekk ninsab inkwetat li jista jkun hemm xi diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi? Tweġiba: A u C Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.kalkolatur tas-salarju Jekk tinsab imħasseb, pass ieħor li tista tieħu huwa li tikkuntattja lill-korp nazzjonali tal-ugwaljanza bejn is-sessi tiegħek.korp nazzjonali tal-ugwaljanza bejn is-sessi

31 31 10.Jiena impjegat – xnista nagħmel jekk ninsab inkwetat li jista jkun hemm xi diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi? Tweġiba: A u C Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.kalkolatur tas-salarju Il-korpijiet nazzjonali għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huma organizzazzjonijiet indipendenti li jipprovdu assistenza lil persuni li qegħdin jesperjenzaw diskriminazzjoni, li jissorveljaw u jipproduċu rapporti dwar kwistjonijiet ta diskriminazzjoni, u li jippromwovu l-ugwaljanza. L-organizzazzjoni nazzjonali tiegħek tista tagħtik parir iddettaljat u, jekk ikun meħtieġ, tgħinek tipprepara każ.

32 32 10.Jiena impjegat – xnista nagħmel jekk ninsab inkwetat li jista jkun hemm xi diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi? Tweġiba: A u C Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.kalkolatur tas-salarju Tista tikkuntattja wkoll trejdjunjin li tista tagħtik appoġġ u toffrilek parir fkaż li tiddeċiedi li tieħu azzjoni. Barra minn hekk, biex isir taf dwar l-esperjenzi ta persuni oħra, tista taqra studji tal-każijiet fejn fih huma mressqa każijiet legali mill-impjegati minħabba paga mhux indaqs bejn l-irġiel u n-nisa.studji tal-każijiet

33 33 11.Jiena impjegat – xnista nagħmel jekk għandi suspett li hemm diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi? A.Uża l-kalkulatur tas-salarju fuq il-websajt tad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel biex turi l-impatt tad-diskrepanza fl-organizzazzjoni tiegħek. B.Irrevedi l-istrutturi tas-salarju fl-organizzazzjoni tiegħek. C.Ikkuntattja l-korp għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel biex tieħu parir.

34 34 11.Jiena impjegat – xnista nagħmel jekk għandi suspett li hemm diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi? Tweġiba: A, B u C Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.kalkolatur tas-salarju Madankollu, l-eżistenza ta diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel ma jfissirx awtomatikament li hemm problema ta pagi mhux indaqs bejn l-impjegati rġiel u dawk nisa.

35 35 11.Jiena impjegat – xnista nagħmel jekk għandi suspett li hemm diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi? Tweġiba: A, B u C Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.kalkolatur tas-salarju Madankollu, jekk tinsab imħasseb, pass ieħor li tista tieħu huwa li teżamina l-istrutturi tal-pagi fl-organizzazzjoni tiegħek biex tara jekk jeżistux xi spjegazzjonijiet għal xi differenzi fil-paga bejn l-impjegati rġiel u dawk nisa.

36 36 11.Jiena impjegat – xnista nagħmel jekk għandi suspett li hemm diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi? Tweġiba: A, B u C Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.kalkolatur tas-salarju Tista tikkuntattja lill-korp nazzjonali tal-ugwaljanza bejn is-sessi biex tieħu parir u tingħata appoġġ. Il-korpijiet nazzjonali għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huma organizzazzjonijiet indipendenti li jipprovdu assistenza lil persuni li qegħdin jesperjenzaw diskriminazzjoni, li jissorveljaw u jipproduċu rapporti dwar kwistjonijiet ta diskriminazzjoni, u li jippromwovu l-ugwaljanza.korp nazzjonali tal-ugwaljanza bejn is-sessi

37 37 11.Jiena impjegat – xnista nagħmel jekk għandi suspett li hemm diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi? Tweġiba: A, B u C Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.kalkolatur tas-salarju Tista tikkuntattja wkoll trejdjunjin li tista tagħtik appoġġ fkull pass li tieħu u tipprovdilek parir utli.

38 38 Għal iktar informazzjoni dwar id- diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l- irġiel, inkluż il-kawżi tagħha, eżempji ta inizjattivi nazzjonali u dwar xqiegħda tagħmel l-UE sabiex telimina d-diskrepanzi, żur: http://ec.europa.eu/equalpay Biex issir taf iżjed dwar id-diskrepanza fil- pagi bejn l-irġiel u n-nisa fpajjiżek, żur is- sezzjoni http://ec.europa.eu/justice/gender- equality/gender-pay-gap/national- situation/index_mt.htm li tinkludi d-dettalji tal-organizzazzjonijiet nazzjonali li jaħdmu fil-qasam tal-ugwaljanza.http://ec.europa.eu/justice/gender- equality/gender-pay-gap/national- situation/index_mt.htm


Download ppt "1 Kwiżż dwar id-Diskrepanza fil-Pagi bejn in-Nisa u l-Irġiel Merħba fil-kwiżż dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel! Dan il-kwiżż qasir."

Similar presentations


Ads by Google