Presentation is loading. Please wait.

Presentation is loading. Please wait.

L-Imdina David & Joseph – Corradino Boys’ Junior Lyceum.

Similar presentations


Presentation on theme: "L-Imdina David & Joseph – Corradino Boys’ Junior Lyceum."— Presentation transcript:

1 L-Imdina David & Joseph – Corradino Boys’ Junior Lyceum

2 L-Imdina L-Imdina qiegħda fuq għolja allura tidher minn kullimkien. Qiegħda ’l ġewwa ħafna mill- baħar,viċin ir-Rabat, Malta. Hi mdawra minn widien fondi, maqtugħa mill-wita’ b’foss fond. It-toroq ta’din il-belt is-Siekta fil-bicca l-kbira tagħhom għadhom bħalma kienu fl-ibgħad żmenijiet, jiġifieri dojoq ħafna u jserrpu. Dan sar biex jekk l-għadu jirnexxilu jid]ol fil-belt, dan ikollu javvanza bil-mod l-Maltin ikollhom iċ-ċans jistaħbew jew jimblukkaw it-toroq.

3 Minn fejn [ie l-isem? Ir-Rumani,li għammru fiha kienu jisibu frott, ħxejjex u għasel bnin. Huma sejħulha Melita din il-kelma ġejja mill-kelma ‘Meli’(għasel) jew inkella ‘Melitta’ (naħla) għall-għadd kbir ta’ naħal u għasel li kienet tagħmel Malta f’dak iż-żmien. Mal-ħakma Għarbija dan l-isem inbidel f’dak ta’ Medina li tfisser belt. Bil-ftit il-ftit din il- kelma tbiddlet f’ Imdina u baqgħet tissejjaħ hekk sal-lum. Is-sultan Alfonsu sejħilha Citta Notabile iżda sa ftit ilu konna għadna nsejħulha Citta Vecchia billi hija l- belt il-qadima ta’ Malta.

4

5 L-Imdina fi \mien ir-Rumani u l-G]arab L-Imdina hija l-eqdem belt kapitali ta’ Malta. Fi Żmien il-Ħakma Rumana f’Malta, kellha t-titlu ta’ Municipju, jiġifieri ċittadini Maltin kellhom sehem fit- tmexxija ta’ Malta. Meta Malta waqgħet taħt idejn l-Għarab fis-sena 870 W.K. huma ħasbu biex isaħħu l-fortifikazzjonijiet tagħha sabiex iħarsuha mill-attakki tal-furbani (pirati). Fil-fatt, l-Imdina hija mibnija f’nofs Malta biex tkun ’il bogħod mix-xtut kollha għax dak iż-żmien l-għadu kien jiġi bil-baħar u mill-baħar biss.

6 L-Imdina fi \mien in-Normani Wara li n-Normani mmexxija mill- Konti Ruġġieru, keċċew lill- Għarab,reġgħu ġabu l-fidi Nisranija f’Malta. Barra minn hekk, huma u l-ħakkiema ta’ warajhom (fiż-żmenijiet tan- Nofs/Medju Evu), żammew is- sbuħija u l-qawwa ta’ l-Imdina. Mill-Imdina kienet tintbagħat l- għassa mal-kosta (dawra tal-baħar) ta’ Malta u ukoll fiha kien jiltaqa’ l-Kunsill Popolari (qisu gvern) mill-irħula Maltin.

7 L-Imdina fi Żmien il-Kavallieri II-Kavallieri ta’ San Ġwann ġew Malta fl-1530. L’Isle Adam, li kien il-Granmastru ta’ dak iż- żmien, daħal l-Imdina u ngħata l-imfietaħ tal- belt bħala sinjal li ħa l-kmand ta’ Malta. Billi l- Kavallieri kienu għaqda ta’ nies li riedu jħarsu lil Malta mill-Musulmani li f’dak iż-żmien kienu qawwija u b’saħħithom ħafna sabu li jkun aħjar jgħixu qrib il-baħar minħabba x-xwieni tagħhom. Għaldaqstant marru jgħixu l-Birgu fejn bnew l-ewwel Bereġ kif ukoll sptar. Minħabba f’hekk l-importanza ta’ l-Imdina naqset.

8 Il-Katidral

9 II-Katidral ta’ I-Imdina huwa l-knisja prinċipali ta’ l- Arċidjocesi ta’ Malta li fiha jqaddes l-Arċisqof ta’ Malta. Dan il-katidral jingħad fost l-aktar katidrali manjfiċi ta’ l-Ewropa minħabba l-istil Barokk li fuqu huwa mibni. Skond it-tradizzjoni din il-knisja nbniet fuq l-istess lok fejn hemm il-Palazz Ta’ Publju (Prinċep ta’ Malta fi żmien li ġie San Pawl Malta li wara sar l- ewwel isqof. Dan il-palazz ġie mibdul fi knisja minn San Pawl fis-sena 60 W.K. u kkonsagrat għall-ġieħ tal-Madonna fis-sema Skond it-tradizzjoni din il-knisja nbniet fuq l-istess lok fejn hemm il-Palazz Ta’ Publju (Prinċep ta’ Malta fi żmien li ġie San Pawl Malta li wara sar l- ewwel isqof. Dan il-palazz ġie mibdul fi knisja minn San Pawl fis-sena 60 W.K. u kkonsagrat għall-ġieħ tal-Madonna fis-sema.

10 Il-Katidral Matul il-ħakma ta’ l-Għarab mill-870 sa 1090, il- knisja ġiet miċħuda, iżda l-famuż Konti Ruġġieru (Normann) wara li ħeles il-gżira tagħna mill-gvern ħażin, waqqafha mill-ġdid, poġġa Isqof u tahom ukoll somma kbira. Hawn il-Maltin biddlu t-titlu tal- Knisja u iddedikawha lil San Pawl bħala l-missier speċjali u l-patrun tagħhom. Bit-terremot li sar fl-1693, il-knisja saret ħerba u għalhekk l-Isqof iddeċieda li jibnieh mill-ġdid. Il- perit ta’ dan il- Katidral kien Lorenzo Gafà li ċaħad il-ħlas għal xogħlu.

11

12 Il-Mużew ta’l-Istorja Naturali Il-Mużew ta’ l-Istorja Naturali huwa palazz li nbena mill-Granmastru De Vilhena maġenb il-bieb ewlieni ta’ l-Imdina. Dan il-palazz kien jintuża bħala qorti muniċipali. Illum il-ġurnata f’dan il-bini nsibu l- Mużew ta’ l-Istorja Naturali li fih hemm annimali, insetti, għasafar, blat ta’ Malta u fossili. Maġenb il- Mużew, taħt l-art insibu Mużew tax-xemgħa; Imdina Dungeons li bħala attrazzjoni joffri numri ta’ mudelli meħuda minn perjodi storiċi differenti.

13

14 Il-Bieb Prinċipali Il-Bieb Prinċipali nbena mill-Gran Mastru Vilhena wara t-terremot ta’ l-1693. Fl-Imdina quddiem il-Bieb Ewlieni hemm statwa ta’ San Pawl bħala tifkira ta’ kemm ħares lill-Maltin.

15 Bieb il-Griegi

16 Bieb il-Griegi hu bieb li jagħti daħla għall-Imdina min- naħa tad-Domus Romana.

17 It-Torri ta’ l-Istandard Dan it-torri jinsab quddiem il-Palazz Magistrali. Fiż- żmien dan it-torri kien jagħmilha ta’ għassies tal- Belt. Dan jissejjaħ ‘Torre Mastra’. Dan it-torri għamel żmien okkupat mill-għassa tal-pulizija ta’ l- Imdina.

18 L-Imdina llum L-Imdina joqogħdu madwar erba’ mitt ruħ b’Kunsill Lokali ta’ ħames kunsillieri. L-Imdina m’hawnx bħalha fid-dinja. Kull sena eluf ta’ turisti minn ħafna pajjiżi jiġu jżuruha u lkoll jissaħħru bil- ġmiel tagħha.

19 Tmiem David & Joseph Form 2 Liċeo San Ġużepp Corradino


Download ppt "L-Imdina David & Joseph – Corradino Boys’ Junior Lyceum."

Similar presentations


Ads by Google